Conférence des Notariats de L'Union Européenne


Le mot du Président du CNUE

Merhba fuq il-websajt tal-Konferenza tan-Notarjati ta’ l-Unjoni Ewropea (C.N.U.E.).

Wara l-adeżjoni tal-pajjiżi membri ġodda fl-1 ta’ Mejju 2004, il-Konferenza tirrappreżenta n-notarjati tal-Ġermanja, l-Awstrija, il-Belġju, Spanja, l-Estonja, Franza, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja u s-Slovenja ma’ l-Istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea.

Il-C.N.U.E., bl-appoġġ tan-notarjati membri flimkien, toffri li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ spazju komuni ta’ libertŕ, sigurtà u ġustizzja, waqt li tqiegħed għad-dispożizzjoni taċ-ċittadini ewropej kollha l-esperjenza tagħha fil-qasam tat-tutela tas-sigurtà u l-libertà tan-negozjati.

L-attività tal-C.N.U.E hija indirizzata wkoll l-ewwelnett lejn l-istudju u l-approfondiment tat-temi prinċipali diskussi fil-kwadru tad-dritt ċivili u kummerċjali ewropew: il-liġi tal-kuntratti, tal-familja u tal-kumpaniji, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji u ta’ l-atti awtentikati, il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-ġlieda kontra l-ħasil ta’ flus ta’ oriġini illeċita.

Barra minn hekk il-formazzjoni tan-nutara ewropej fid-dritt komunitarju tikkostitwixxi wkoll wieħed mill-impenji prinċipali tal-Konferenza. Dan l-impenn hu fil-fatt dwar sfida li bħalissa l-professjonijiet kollha fl-Ewropa huma msejħa li jilqgħu. In-nutara, li huma mdorrija bi rwol ta’ eżerċizzju tal-poter pubbliku fl-isfond tar-rispett tar-regoli stretti ta’ aċċess u ta’ kontroll dixxiplinarju min-naħa ta’ l-awtoritajiet, jiddedikaw ruħhom minn issa b’ħerqa għal din l-isfida li tilħaq il-qofol tagħha fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjoni f’Ruma, fl-10 u l-11 ta’ Novembru 2005, ta’ l-ewwel Kungress CNUE.

Jien konvint li n-notarjati tal-pajjiżi tagħna, li għandhom kultura ġuridika plurisekulari, ser ikunu iktar f’pożizzjoni li jipprovdu liċ-ċittadini u lill-istituzzjonijiet komunitarji l-kontribuzzjoni tagħhom bl- skop li tinbena Unjoni Ewropea li tkun eqreb lejn l-esiġenzi ta’ kull wieħed minnhom.

Is-Sur Paolo Piccoli
President tal-CNUE

<----   BACK


Conférence des Notariats de l'Union Européenne
Avenue de Cortenbergh, 52 - B - 1000 Bruxelles
Tél: + 32 (0)2 513 95 29 - Fax: +32 (0)2 513 93 82
E-mail: info@cnue.be